Illejla jintemm Ċirkostanzi

Produzzjoni: Rewind

Wara sentejn tasal fi tmiemha s-sensiela Ċirkostanzi b’kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, u produzzjoni ta’ Rewind.

L-aħħar żewġ puntati jixxandru wara xulxin fuq TVM mid-8.50pm ‘il quddiem.

AQRA: Mil-lejla appuntament doppju ma’ Ċirkostanzi

Fil-puntata ta’ qabel tal-aħħar, naraw x’ġara fid-dar ta’ Salvu? Min mar għandu? Immorru lura fi żmien il-gwerra u naraw x’kien ġara bejn il-Kapural Bajada u Salvu? Xi pjan kellhom? X’kien ġara eżatt f’dak il-jum fatali meta ppjanaw li jaħarbu? X’ġara l-isptar ta’ Ġibiltá? Min kien hemm? X’kompla jirrakkonta Salvu? Immorru lura d-dar ta’ Rosaria u naraw lill-Charles b’ittra li kien irċieva. Mingħand min hi din l-ittra? X’kien hemm miktub?

Fl-aħħar puntata li ttemm is-sensiela, Lizzy u Alexandra jaslu Malta u jmorru jiltagħu ma’ Greta. X’qalilhom Dun Bert? U Henry x’qalilhom dwar dak li kien qed jippjana missier Lizzy? Min mar ukoll biex jiltaqa’ magħhom? X’ġaralu Karlu? Kif se jispiċċaw l-affarijiet? Richard imur ifittex lill-Magda. Tgħid sabha? X’inhu jiġri bejn Maria u Kevin? U Julia fejn qed taħdem?

F’dan l-aħħar episodju ta’ Ċirkostanzi naraw it-truf li hemm kollha imħabbla jiġu stirati u maqgħudin sew ma’ xulxin.