Filmat: Ippreżentat il-Baġit 2020

Miguela Xuereb

Read in English.

Illejla l-Gvern ippreżenta l-Baġit 2020.

Għall-4.30pm, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna wasal il-Palazz ta’ San Anton biex jippreżenta kopja tal-Baġit 2020 lill-President George Vella. Minn hemm mar il-Parlament, fejn intlaqa’ mill-Ispeaker Anġlu Farrugia. Ftit wara s-6.30pm, il-Ministru beda jippreżenta l-pjan tal-Gvern għas-sena d-dieħla.

Il-kamra tal-aħbarijiet ta’ Newsbook.com.mt se tkun qed toffri servizz speċjali lill-qarrejja kif ukoll lis-semmiegħa tal-istazzjon tar-radju 103.

Fuq Newsbook.com.mt wieħed se jkun jista’ jsegwi x-xandira diretta mil-Parlament bil-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna jwassal id-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla.  Il-ġurnalisti se jkunu wkoll qed jaġġornaw lill-qarrejja kontintwament bil-punti ewlenin tal-miżuri mħabbra mill-Gvern. Dan isegwi l-konferenzi tal-aħbarijiet li jissejħu mill-Prim Ministru u mill-Kap tal-Oppożizzjoni.

Fuq l-istazzjon 103 se jixxandar programm speċjali bi preżentazzjoni ta’ Jes Saliba. Dan il-programm se jkun qed jixxandar ukoll b’mod awdjoviżiv fuq is-sit tal-aħbarijiet.

Bħalissa, f’sezzjoni ddedikata għall-Baġit 2020 fuq Newsbook, wieħed jista’ jsegwi l-proposti li diversi entitajiet għamlu lill-Ministru Edward Scicluna.

X’għandek tkun taf dwar il-Baġit 2020?