Illejla jibda Amici Celebrities

Ritratt: Mediaset

Filwaqt li ħafna huma dawk li qed jistennew id-19-il edizzjoni tal-programm Amici biex jibda, anki biex tinqata’ l-kurżita jekk il-Malti Kurt Anthony hux se jkun fil-programm, mil-lejla fuq Canale 5 se jibda Amici Celebrities.

AQRA: Kurt Anthony tassew qiegħed f’Amici?

Maria De Filippi mistennija tiftaħ l-ewwel programm biex tgħaddi t-tmexxija tiegħu lil Michelle Hunziker.

Amici Celebrities huwa novità assoluta għal dan l-istaġun televiżiv fejn se naraw tnax-il personalità jisfidaw lil xulxin fil-kant u żfin.

Se jkunu maqsuma f’żewġ timijiet.

It-tim il-Blù se jkun immexxi minn Alberto Urso, ir-rebbieħ fl-aħħar edizzjoni tal-programm Amici. It-tim jikkonsisti f’Joe Bastianich, Emanuele Filiberto di Savoia, Chiara Giordano, Laura Torrisi, Raniero Monaco di Lapio, u Francesca Manzini.

It-tim tal-Bojod se jkun immexxi minn Giordana Angi, li kklassifikat fit-tieni post fl-aħħar edizzjoni ta’ Amici. It-tim hu magħmul minn Filippo Bisciglia, Ciro Ferrara, Cristina Donadio, Massimiliano Varrese, Pamela Camassa, u Martin Castrogiovanni.

AQRA: Filmat: Ara min se jieħu sehem f’Amici Celebrities

Il-parteċipanti jaspiraw li jaslu sal-finali, iżda d-destin tagħhom se jkun deċiż minn Platinette, il-kantanta Ornella Vanoni, u l-korjografu Giuliano Peparini, li għal bosta snin kien id-direttur artistiku ta’ Amici.

Għall-ewwel programm, li fuq Canale 5 se jixxandar mid-9.20pm ‘il quddiem, mistennija wkoll li jieħdu sehem bħala mistiedna J-Ax, kif ukoll Giusy Ferreri akkumpanjata minn Takagi u Ketra.