Illejla jfakkru lil Xandru fil-Let Me Fly

Min Imissu jkompli llejla fuq l-istazzjon ONE fil-ħin ta’ 8.30pm u l-mistieden huwa Xandru Grech.

Filwaqt li t-tim tal-produzzjoni ma tantx iħobb jikxef x’se jkun qed jiġri sirna nafu li Hospital Expressions se joħorġu b’verżjoni tal-kanzunetta Let Me Fly li biha Debbie Scerri ħadet sehem fil-Eurovision 1997.

Jekk insejtu Xandru kien deher fil-vidjow ta’ din il-kanzunetta.

Madanakollu ma Xandru mhux se jmissu biss is-suġġett tal-Eurovision.

Minn jaf x’se jmissu aktar?!