Illejla jerġgħu lura fi Striscia La Notizia

Ritratt: Mediaset

Il-programm Striscia La Notizia hu wieħed mill-programmi Taljani li ħafna Maltin bla dubju jsegwu. Ilu għaddej mill-1988 u dejjem jirnexxielu jiġbed udjenzi kbar.

Ezio Greggio u Enzo Iacchetti huma meqjusa bħala l-preżentaturi storiċi ta’ dan il-programm għax flimkien ippreżentaw numru kbir ta’ puntati minn dan il-programm. L-ewwel kollaborazzjoni tagħhom wara l-iskrivanija ta’ Striscia La Notizia tmur lura għall-1994.

Huma se jibqgħu jippreżentaw flimkien dan il-programm sas-6 ta’ Jannar 2020.

Minn nhar l-Erbgħa 9 ta’ Ottubru, Iacchetti se jippreżenta Amici Celebrities fuq Canale 5 li din il-ġimgħa se jixxandar l-Erbgħa minflok is-Sibt.

Hu se jkun qed jieħu t-tmexxija tal-programm minn Maria De Filippi, minflok Michelle Hunziker li għal raġunijiet li ma kellhix kontroll fuqhom, kellha tipposponi li tieħu f’idejha l-preżentazzjoni ta’ dan ir-reality show.