Illejla Janvil dahru mal-ħajt?

Ritratt: Keith Darmanin (Klitz Klitz)

Tgħid Janvil ilejla se jispiċċa dahru mal-ħajt? Ix-xowman popolari se jkun illejla qed iwieġeb għal mistoqsijiet ta’ grupp ta’ tfal waqt il-programm The Entertainers li jixxandar is-SIbt filgħaxija fuq l-istazzjon Net. Bla dubju li se tkun qed tispikka l-innoċenza tat-tfal u l-ġenwinità ta’ dan ix-xowman popolari.

Il-varjetà tkompli bis-sehem tal-kantanti Corazòn Mizzi, Claire Caruana Carsons u Jade Vella flimkien ma’ żeffiena minn Dancel Dance Studio li se jkunu fost il-mistiedna tal-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija li tixxandar fuq Net mit-8.30pm.

Illejla titkompla l-ewwel fażi ta’ The Entertainers Singing Challenge.

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, The Entertainers iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.