Illejla għal Ħal Qormi

Illeja se ssir il-11-il edizzjoni ta’ Lejl f’Casal Fornaro.
Waqt l-attività, organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi, xelters li ntużaw fit-Tieni Gwerra Dinjija se jerġgħu jieħdu l-ħajja u s-sura oriġinali tagħhom biex ikunu apprezzati aktar minn dawk li jżuruhom.
Din is-sena, wieħed minn dawn ix-xelters se jkollu tema differenti u dawk li se jattendu jkunu jistgħu jesperjenzaw produzzjoni dwar terrur sopranaturali li żgur sejra tkexkixhom.
Xi residenti Qriema se jkunu qed jesebixxu t-talenti u s-snajja’ tradizzjonali tagħhom. Fost l-oħrajn se jkun hemm esebizzjonijiet tal-bizzilla tradizzjonali Maltija u l-insiġ.
Wara nuqqas ta’ aktar minn 10 snin, ‘The Original Qormi Oktoberfest’ se jerġa’ jiġi organizzat b’birrer differenti.
Dawk li jattendu se jkunu jgawdu numru ta’ preżentazzjonijiet fit-toroq Qriema, fostom preżentazzjonijiet imprompti, l-għana tradizzjonali Maltija, kantanti magħrufa kif ukoll baned differenti.
Attrazzjonijiet ewlenin f’din l-attività:

  • Kunċert live minn George l-Puse flimkien ma’ Pawlu Curmi l-Pampalun u l-banda
  • Kunċert live mill-kantant magħruf u popolari Freddie Portelli
  • Mużika tradizzjonali u kunċert mill-Big Friends Guggen Musik Band
  • Attivitajiet mużikali minn artisti żgħażagħ Maltin
  • Preżentazzjonijiet artistiċi bħal drama fit-toroq
  • Esebizzjoni mill-Malta Records
  • Fran antiki miftuħa għall-pubbliku
  • Esebizzjonijiet artistiċi mifruxa f’għadd ta’ toroq kif ukoll wirja tal-artist Pawlu Aquilina fis-sala tal-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Pinto
  • Għana tradizzjonali
  • Xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija
  • Esebizzjoni b’rabta mal-Karnival Malti
  • Esebizzjonijiet minn gruppi taż-żfin folkloristiku
  • Pjazza Tan-Nanna Ħelu Manna – ħelu tradizzjonali Malti mimli b’għaxar ingredjenti differenti
  • Mill-Forn tar-Raġel – varjazzjoni kbira ta’ ħobż Malti
  • Pjazza Familja qrib il-knisja parrokkjali ta’ San Sebastjan fejn it-tfal jkunu jistgħu jiddevertu b’mod sħiħ f’għadd ta’ attivitajiet imħejjija għalihom Pudina Tradizzjonali Maltija kbira
  • Nostalġija mill-Passat – esebizzjonijiet ta’ karozzi antiki u tradizzjonali Maltin, fiera ta’ kotba bi stejjer tradizzjonali Maltin, esebizzjonijiet ta’ karettuni Maltin eċċ
  • Falkunerija