Illejla evita li tgħaddi minn Triq Reġjonali

Triq Mikiel Anton Vassalli, mill-mini ta’ Triq Reġjonali sar-roundabout tal-Kappara u s-sliproad ħdejn l-iskatepark direzzjoni lejn Paceville, se tkun magħluqa għat-traffiku llejla wara l-10pm.
Fi stqarrija, Transport Malta qalet li t-triq se tinżamm magħluqa għal madwar sagħtejn sakemm isir xi xogħol bil-krejn.
Qalet ukoll li minħabba f’hekk, it-traffiku se jgħaddi mill-bypass ta’ Birkirkara.
Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu bil-galbu u jsegwu l-istruzzjonijiet mill-uffiċjali fuq il-post.