Aġġornata: Illejla Eddie Fenech Adami mistenni fuq il-Fosos…u Franco Debono f’Ħal Far?

Qed jissemma li fl-aħħar mass meetings tal-kampanja elettorali li se jsiru llejla, se jieħdu sehem żewġ personalitajiet partikolari.

Fil-mass meeting tal-PN fuq il-Fosos, qed jingħad li se jindirizza l-folla il-President Emeritu u l-Ex-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami.

Mill-banda l-oħra qed tiġri x-xniegħa li għall-mass meeting tal-Partit Laburista f’Ħal Far jista’ jkun li d-deputat tal-PN Franco Debono jinidirizza l-folla. F’kumment lil Newsbook, Dr Debono ċaħad li se jieħu sehem fil-mass meeting tal-Partit Laburista. Kelliem għall-Partit Laburista ikkonferma dak li qal Franco Debono.

Ħalli l-kummenti tiegħek: