Illejla Daryl Azzopardi jikkompeti fil-finali tal-Mr World fil-Filippini

Ritratt: Facebook

Illejla f’Manila, fil-Filippini, Daryl Azzoaprdi se jkun qed jirrappreżenta lil Malta, fil-finali tal-10 edizzjoni tal-Mr World. Rohit Khandelwal mill-Indja se jkun qed jgħaddi l-unur lis-suċċessur tiegħu. Hu kien rebaħ dan it-titlu fl-aħħar edizzjoni li saret fl-2016.

Ritratt: Facebook/ Mister World

Azzopardi, flimkien mal-kontestanti kollha f’din l-edizzjoni, f’dawn l-aħħar ġimagħtejn, ħadu sehem f’diversi attivitajiet li kienu jvarjaw minn sfidi sportivi, kif ukoll attivitajiet oħra ta’ talent, moda, u anki dawk b’rabta mal-karità, fejn fost ħafna attivitajiet qattgħu ħin sinjifikanti mat-tfal fit-Tuloy Foundation ta’ Fr Rocky Evangelista.

B’kollox hemm 72 nazzjon li qed jieħu sehem f’din l-edizzjoni.

Ritratt: Facebook

Preżenti wkoll bħalissa fil-Manila fil-Filippini, minbarra l-aħħar rebbieħ ta’ dan il-konkors, qed jattendu wkoll dan l-avveniment Julia Morley, iċ-chairperson tal-Miss World, kif ukoll Vanessa Ponce de Leon, li rebħet il-Miss World is-sena l-oħra, kif ukoll Stephanie de Valle, li rebħet il-konkors Miss World fl-2016.

Il-parteċipazzjoni ta’ Daryl Azzopardi fil-konkors tal-Mister World hija possibbli grazzi għal Sue Rossi f’isem Modelle International.

Awguri Daryl!