‘Ili 14-il sena mmur il-Pellegrinaġġi tal-Morda f’Lourdes’

Sandro Galea ilu mindu kellu 17-il sena jakkumpanja l-Pellegrinaġġi tal-Morda f’Lourdes. Huwa membru tal-Assoċjazzjoni Volontarji Lourdes (AVL).  Ma’ Newsbook jitkellem dwar l-esperjenza sabiħa ta’ ħamest ijiem li grupp ta’ morda, akkumpanjaturi u helpers se jagħmlu f’Lourdes.

Proprju llejla grupp ta’ 320 persuna, immexxi mill-Isqof Awżiljarju Charles J. Scicluna se jħalli Malta għall-pellegrinaġġ annwali f’Lourdes. 

Kull sena, l-Assoċjazzjoni tgħin numru ta’ persuni morda biex imorru Lourdes u jżuru l-grotta ta’ Massabielle, fejn il-Madonna dehret għall-ewwel darba lil Bernardette Soubirous fil-11 ta’ Frar 1858. 

Il-helpers Maltin jitilgħu Lourdes volontarjament u jħallsu l-vjaġġ huma stess.

Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Settembru 2013, fit-8.30 am, l-Isqof Scicluna ser jmexxi Quddiesa kkonċelebrata bil-Malti fil-Grotta. Din il-Quddiesa ser tiġi streamed live fuq  http://en.lourdes-france.org/tv-lourdes/