Ilha nieqsa 12-il jum; Appell ieħor għall-għajnuna

Il-Pulizija ħarġet avviż ieħor li fih qalet li t-tfajla li ġiet irrappurtata nieqsa fl-aħħar jiem għadha ma nstabitx. It-tfajla hija Luana Borg, tfajla ta’ 15-il sena li kienet irrappurtata nieqsa anke f’Diċembru li għadda iżda kienet instabet wara sitt ijiem.

Hija ilha 12-il ġurnata nieqsa hekk kif dehret l-aħħar nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju, għall-ħabta tat-8pm f’Ħaż-Żebbuġ. Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-aħħar li dehret kienet liebsa flokk qasir ta’ lewn peach, jeans blu, żarbun iswed u kellha magħha basket iswed.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.