Ilha Malta 5 xhur; akkużata li serqet ċurkett ta’ €400

Read in English.

Fattiga li allegatament serqet ċurkett b’valur ta’ madwar €400 mingħand il-persuna li impjegatha, ma ngħathatiliex il-ħelsien mill-arrest wara li pprotestat li hi innoċenti.

Il-mara li għandha 32 sena u li hi min-Nepal, ġiet Malta madwar ħames xhur ilu u bdiet taħdem bħala fattiga f’dar privata. Il-mara ġiet meqjusa bħala s-suspettata ewlenija wara li ċ-ċurkett sparixxa mid-dar.

Il-Prosekuzzjoni ma aċċettatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest għax qalet li l-mara ma kellhiex residenza fissa u possibilment tista’ teħel sa tliet snin ħabs jekk tinsab ħatja.