Ilestu l-isfida tal-Kilimanjaro

Read in English.

It-tim ta’ 19-il persuna li marru għall-isfida tal-Kilimanjaro lestew il-missjoni tagħhom hekk kif laħqu il-quċċata tal-muntanja.

Huma qasmu din l-aħbar fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom.

It-tim kien magħmul minn 19-il persuna minn oqsma differenti tal-ħajja li kellhom għan wieħed li jiġbru fondi biex jgħinu kommunità fl-Etjopja biex jibnu skola primarja f’Bonga. L-iskola li se tkun dediakta lil Victor Licari, se tkun qed tilqa’ 700 tifel u tifla.

Tul dawn it-13-il sena li ilha ssir din l-isfida inġabru ftit inqas minn miljun ewro f’fondi li ntużaw fuq 11-il proġett fil-Kenya u fl-Etjopja.