Ilek ma tmur sal-inħawi ta’ Selmun?

Għal dawk li ilhom ma jmorru sal-inħawi ta’ Selmun, jew inkella jħobbu joħorġu għall-arja friska, nhar is-Sibt li ġej se tkun organizzata Festa Familja ġewwa s-Selmun Family Park.
Il-qliegħ kollu minn din l-attività se jmur għall-Malta Community Chest Fund.
L-attività se tibda għall-ħabta tas-6pm u tibqa’ sejra sal-11pm.
Fost affarijiet oħra, se jkun hemm stands armati, ikel u xorb, skejjel ta’ żeffiena u kantanti, logħob għat-tfal u wirja ta’ karozzi.