Ilbsu ħwejjeġ ikkuluriti għall-funeral ta’ Enrica

Għall-funeral ta’ Enrica, il-pubbliku ntalab jilbes ħwejjeġ ikkuluriti. Dan qaluh il-ġenituri tagħha permezz ta’ post fuq Facebook.

Il-funeral se jsir is-Sibt 14 ta’ Settembru, fid-9am, fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan. Il-ġenituri qalu li l-flus li se jinġabru waqt il-quddiesa se jingħataw bħala donazzjoni lil Puttinu Cares.

Aqra: Daqsekk bkejt… il-biki issa kollu għalina – Puttinu Cares

Il-mewt taż-żagħżugħa kienet tħabbret fuq il-paġna uffiċċjali ta’ Puttinu Cares. Enrica kienet qed tiġġieled konta l-marda tal-kanċer ġewwa Sutton l-Ingilterra.

Il-ġenituri appellaw għat-talb għal Enrica. Qalu li huma ċerti li Enrica qed tgawdi fil-ġnien tal-ġenna.