Ilbieraħ saru 993 swab test – Fearne

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li lbieraħ saru total ta’ 993 swab test. Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Ministru rringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu fil-laboratorji u ċ-ċentri tal-iswabbing li qed jaħdmu biex iżommu lil kulħadd sigur.

Ilbieraħ f’Malta ġew reġistrati 52 każi ġodda ta’ coronavirus. Dan ifisser li t-total tela’ għal 293. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li ma kinux sorpriżi b’dan in-numru ta’ każi pożittivi għall-COVID-19. Spjega li erba’ minn dawn il-każi ġew reġistrati f’Għawdex.

‪993 #COVID19 swab tests carried out yesterday- Heartfelt thank you to the #laboratory and #swabbing centre professionals for #KeepingUsSafe ‬

Posted by Chris Fearne on Tuesday, April 7, 2020