Ilbes sew, mistennija tinżel 7 °C illum

L-Ufficcju Meterjologiku baxxa t-temperaturi previsti għal jiem li ġejjin wara li l-inqas temperatura matul il-lejl mistennija tinżel 7 °C, meta ma kienx previst li t-temperaturi għal matul l-aħħar ġranet tas-sena jinżlu inqas minn 8 °C.

L-ogħla temperatura mistennija titla’ 12 °C iżda tinħass 10 °C. Għal aħħar żewġt iġranet tas-sena mistennija ix-xita.

Xemx terġa toħroġ fl-ewwel jum tas-sena iżda l-arja xorta se tibqa’ kiesħa bl-ogħla temperatura tkun ta’ 12 °C .