Ilaqqat daqqa ta’ blokka tal-konkrit; iweġġa’ gravi

Raġel weġġa' gravi wara li waqgħet fuqu blokka tal-konkrit waqt li kien qiegħed jaħdem fl-Imsida.
L-inċident seħħ kmieni llum fil-6:50am fi triq it-Torri.
Ir-raġel ta’ 39 sena mit-Togo kien qed jopera crane fuq sit ta’ kostruzzjoni meta waqgħet waħda mill-blokok tal-konkrit.
Ir-raġel ipprova jżomm il-ġebla milli taqa’ iżda minħabba dan weġġa' serjament. Il-blokka waqgħet fuq karozza.
Ritratt: Google Street View