Il-Wirja tas-“Surmast” waslet fl-aħħar

Il-Fondazzjoni Belt Victoria qalet li dalwaqt se tiżżarma l-wirja ta’ ritratti u posters li jagħtu ħarsa lejn il-“ħajja għall-mużika” tas-Surmast Mro Joseph Vella.
Mro Vella miet il-Ħadd 25 ta' Frar, l-għada li fil-mużew il-Ħaġar fir-Rabat Għawdex ġie inawgurat arkivju mużikali li l-Mro Vella ta b'donazzjoni lill-Fondazzjoni f'għeluq il-ħames snin mill-ftuħ tal-mużew. Nhar is-Sibt li għadda, huwa ngħata l-aħħar tislima. 
Skont il-Fondazzjoni, il-wirja se tinbidel fit-13 ta’ Marzu iżda l-Joseph Vella Music Archive se jibqa’ miftuħ b’mod permanenti. Żiedet tgħid li tista’ tiġi akkwistata kopja minn tal-aħħar tal-ktieb dwaru “A Life for Music”.
Il-Fondazzjoni fakkret li l-ħinijet tal-ftuħ huma mid-9am sal-5pm, sebat ijiem fil-ġimgħa. M’hemmx ħlas għad-dħul.