Il-wirja ta’ Michela fil-Eurovision: Splużjoni ta’ kuluri

Thomas Hanses

Għadu bilkemm għadda ftit ħin minn mindu nħareġ il-filmat tal-ewwel prova ta’ Michela għas-sehem tagħha fit-tieni semi finali tal-Eurovision Song Contest li ma bdewx joħorġu ħafna kummenti pożittivi minn diversi siti.

AQRA: Wirja mimlija enerġija minn Michela waqt il-provi

Splużjoni ta’ kuluri kien wieħed mill-kummenti li spikka l-aktar hekk kif inħarġu dettalji ta’ kif il-kuluri jinbidlu b’mod kontinwu waqt li Michela twassal l-interpretazzjoni tagħha ta’ Chameleon.

Thomas Hanses

U bħal ma’ l-kalamajonte jbiddel il-kuluri, tant ieħor jinbidlu l-kuluri u l-viżwal fuq il-palk. Dak li jintwera fuq il-filmat uffiċċjali li nħareġ huwa biss ftit minn dak li tassew jiġri fuq il-palk.

Andres Putting

F’ritratti wkoll miġbuda backstage waqt il-provi u li qed jidhru wkoll fuq is-sit uffiċċjali tal-Eurovision, tidher ukoll il-kantanta Destiny Chukunyere li kienet rebħet il-Junior Eurovision għal Malta fl-2015.

Fost aktar kummenti li nħarġu hemm għall-fatt kif il-wirja li Michela tat illum tissorprendi għax dawk kollha li kienu qed isegwu X Factor kienu mdorrija jarawha tkanta l-ballads iżda waqt l-ewwel provi setgħu japprezzaw lil Michela f’kanzunetta fejn mhux talli għandha spettaklu li tpaxxi l-għajn, iżda wkoll tinterpreta kanzunetat li żżommok, speċjalment lejn l-aħħar meta tilħaq ukoll noti għolja.

Thomas Hanses

Wara llum, it-tieni prova ta’ Michela fuq il-palk tal_Eurovision f’Tel Aviv, fl-Iżrael huwa għal nhar is-Sibt 11 ta’ Mejju.

Hawn taħt xi kummenti li ttellgħu online minn dawk li qegħdin Tel Aviv isegwu l-andament tal-provi tal-Eurovision.

Jekk forsi għadkom ma segwejtux il-wirja tal-lum, hawnhekk għandkom ukoll il-filmat: