Sandokan se jirritorna fuq it-televiżjoni u se jkun l-attur Tork Can Yaman li se jidħol fil-parti li fl-imgħoddi kienet kisbet suċċess kbir għall-attur Kabir Bedi fis-sensiela tal-1976 u anki 20 sena wara fis-sensiela The Return of Sandokan. Fl-1998 Bedi kien reġa’ daħal għal din il-parti fil-mini sensiela Il Figlio di Sandokan.
Il-filming ta’ din il-produzzjoni ġdid għall-kumpanija Lux Vide se jibda f’Jannar li ġej u qed jingħad li biex jaħdem din il-parti Yaman inħall minn impenji oħra.
Il-ġbid se jkun qed isir fl-Italja u biex jinterpreta lil Yanez de Gomera, li jsegwi lil Sandokan fl-avventuri tiegħu se jkun hemm l-attur Taljan Luca Argentero.
Bħalissa Can Yaman jidher fis-sensiela DayDreamer fuq Canale 5 u ma ndumux ma narawh f’Signor Sbagliato (Mister Wrong).
L-attur Tork ikkonferma wkoll permezz ta’ messaġġ fuq Twitter li se jkun qiegħed jieħu sehem fil-produzzjoni l-ġdida ta’ Sandokan.