Read in English.
L-Għaqda Dinjija għas-Saħħa (WHO) qed twissi li r-riskju tal-coronavirus jinsab fl-”ogħla livell”, l-ogħla twissija li l-organizzazzjoni tista’ tiddikjara, qabel pandemija. Dan ifisser li hemm riskju għoli li l-virus jidħol fil-pajjiżi kollha tad-dinja.
The Financial Times ikkwotat lil Mike Ryan, id-direttur tal-WHO għall-emerġenzi tas-saħħa, li stqarr li dan juri li r-riskji qegħdin jogħlew. Huwa sostna li “din il-bidla ma saritx biex talllarma jew tbeżża’ lin-nies.”
Ryan qal li tiddikjara pandemija mhix idea tajba meta d-dinja għadha qed tipprova trażżan il-virus. Żied jgħid li jekk tiddikjara pandemija, dan ikun ifisser li wieħed qata’ qalbu milli jipprova jżomm il-virus milli jinfirex.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-coronavirus huwa l-“prijorità ewlenija” tal-gvern, u ddefenda d-deċiżjoni li ma jirritornawx in-nies mill-Cruise Liner li bħalissa qiegħed kwarantina, ‘The Diamond Princess’.
Fl-istess ħin, bin-numri ta’ każijiet ta’ coronavirus dejjem jiżdiedu, il-Parlament Iranjan issospenda s-sessjonijiet tiegħu għall-ħin preżenti.