Il-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li l-Gvernijiet m’għandhomx joħolqu l-hekk imsejħa ‘passaporti tal-immunità’ jew ċertifikati “risk-free” bħala mod kif jillaxkaw il-lockdowns.
Il-BBC irraporta li l-WHO qalet li ma kien hemm l-ebda evidenza li n-nies li jkunu żviluppaw l-antibodies wara li jirkupraw mill-coronavirus jkunu protetti minn infezzjoni għat-tieni darba.
Il-WHO wissiet li mossa bħal din jaf iżżid it-trażmissjoni tal-virus.
Qalet li n-nies li jassumu li jkollhom immunità għall-virus jaf jieqfu milli jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji.
Għadd ta’ gvernijiet ikkunsidraw li jħallu lin-nies li rkupraw li jivvjaġġaw jew li jirritornaw għax-xogħol.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.