Il-WHO torganizza laqgħa urġenti dwar l-Ebola

L-Għaqda Dinjija tas-Saġġa (WHO) se torganizza laqgħa urġenti f’Ġeneva li fiha se jiġi diskuss pjan ta’ emerġenza dwar l-epidemija tal-Ebola.
Fil-laqgħa se jiġu eżaminati għadd ta’ miżuri li jistgħu jidħlu fis-seħħ fil-fruntieri tal-pajjiżi. Se jiġu diskussi wkoll ir-restrizzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fl-ajruporti.
Fl-Amerka, persuni li jiġu minn pajjiżi l-iktar infettati bl-Ebola jistgħu jinżlu biss f’wieħed minn ħames ajruporti partikolari.
S’issa l-Ebola qatlet iktar minn 4,500 persuna, l-iktar fil-Ginea, il-Liberja u Sierra Leone.