Il-WHO toħroġ b’ħames prinċipji bażiċi biex tikkontrolla l-Ebola

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, qalet li t-tifrix tal-virus tal-Ebola fil-punent tal-Afrika issa qed jnfirex bla kontroll. Saħqet, iżda, li dan il-virus jista’ jikkalma jekk ir-reġjun Afrikan jagħmel dak li l-WHO sejħet bħala l-ħames passi strateġiċi.
Dawn il-passi strateġiċi ġew deċiżi waqt il-konferenza organizzata mill-Ministri tas-saħħa fi ħdax-il pajjiż Afrikan. Skont l-aħħar ċifri, l-għadd ta’ persuni li mietu b’kawża ta’ dan il-virus issa laħħaq l-450 b’aktar minn 800 ruħ huma infettati.
Il-Ministri avżaw lill-awtoritajiet tal-Mali, Ivory Coast u tal-Guinea biex jippreparaw ruħhom għax il-virus mistenni jkompli javvanza f’pajjiżhom.
Skont il-WHO, l-Ebola kienet ġiet ikkontrollata drabi oħra permezz tal-ħames prinċipji bażiċi; identifikazzjoni aħjar ta’ fejn jinsab il-virus, kooperazzjoni bejn il-fruntieri, djalogu bejn kumunitajiet differenti, kooperazzjoni bejn il-WHO u l-imsieħba tagħha u billi jitħejja ċentru apposta għall-kontrol tal-Ebola fil-Guinea.