Il-WHO tissapportja l-miżuri kontra l-COVID-19 proposti mill-Ministru Fearne

Woman-wearing-face-mask-due-to-coronavirus-pandemic-7
Miguela Xuereb

Id-Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, wera s-sapport tiegħu mal-Ministru Chris Fearne dwar il-miżuri meħuda fil-ġlieda kontra l-Covid-19.

Hans Kluge qal dan fi tweet ippubblikata lbieraħ filgħaxija.

Kluge kiteb li, hekk kif fl-Ewropa kollha qegħdin jiżdiedu l-każijiet tal-Covid-19, hemm bżonn ta’ azzjonijiet deċiżivi, fil-ħin u proporzjonati. Hu kompla billi qal li jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lil Fearne għaż-żieda fil-miżuri preventivi li ħadet Malta fl-aħħar jiem.