Il-WHO tfaħħar lil Fearne

Read in English.

Id-Direttur Reġjonali tal-WHO għall-Ewropa Hans Kluge faħħar lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għall-miżuri favur is-saħħa pubblika li qed tieħu Malta kontra l-coronavirus.

Fuq Twitter, Kluge qal li Malta miexja fid-direzzjoni t-tajba u li wieħed għandu jimxi fuq l-eżempju tal-pajjiż.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne rrefera għal dan it-tifħir li rċeviet Malta dalgħodu waqt li kien f’Għawdex biex jispjega l-miżuri li kienet qed tieħu kontra l-COVID-19 din il-gżira.

Fearne huwa wieħed mill-persuni ewlenin li qed jagħtu kontribut għall-istrateġija tal-pajjiż dwar minħabba l-pandemija. Fearne indirizza għadd ta’ konferenzi tal-aħbarijiet li fihom aġġorna lill-pubbliku dwar l-aħħar żviluppi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn