Read in English.
Il-kap tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Tedros Adhanom Ghebreyesus, qal li kien imħasseb dwar il-mod kif il-coronavirus kienet qed tinxtered b’ pass mgħaġġel madwar id-dinja.
Dan hekk kif issa hawn 205 pajjiż u territorju fejn feġġ dan il-virus.
Hu wissa wkoll li b’din ir-rata fil-ġranet li ġejjin dawk konfermati li huma infettati se jilħqu l-miljun persuna u aktar minn 50,000 persuna se jkunu mietu.
Ghebreyesus qal ukoll li l-WHO kienet qed tappoġġja l-għajnuna mill-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali biex tingħata għajnunua finanzjarja lil dawk il-pajjiżi li qed isofru mill-impatt soċjali u ekonomiku tal-coronavirus.
Hu faħħar l-inizjattivi finanzjarji li qed jittieħdu partikolarment fl-Indja fejn il-Gvern qed iqassam ħafna affarijiet b’xejn lil min hu batut fosthom gass ghat-tisjir b’xejn lil madwar 80 miljun dar.
Fi żvilupp ieħor, iċ-Ċina, fejn f’Diċembru feġġ għall-ewwel darba l-coronavirus, il-każijiet komplew jonqsu u issa l-problema hi minn nies li qed jidħlu fil-pajjiż bil-virus.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.