Il-WHO tappoġġja testijiet ta’ mediċina Afrikana bil-ħxejjex kontra l-coronavirus

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tappoġġja protokoll biex tiġi ttestjata mediċina Afrikana bil-ħxejjex bħala trattament potenzjali għall-coronavirus u għal epidemiji oħra.

Il-pandemija tal-coronavirus qajmet il-kwistjoni ta’ jekk għandhomx jintużaw mediċini tradizzjonali fil-ġlieda kontra mard relattivament ġdid.

Xhur ilu, il-President ta’ Madagascar Andry Rajoelina ppreżenta xarba minn Madagascar bħala kura għall-virus. Din ix-xarba jisimha Covid-Organics (CVO). Din ix-xarba tqassmet fil-pajjiż u anke nbiegħet lil pajjiżi oħra, partikolarment fl-Afrika.