Il-WHO tappella għal liġijiet aktar stretti fuq is-sigaretti elettroniċi

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-WHO qed tappella għal liġijiet aktar stretti fejn jidħlu s-sigaretti elettroniċi.
Il-WHO qed tirrakomanda li dawn ma jitħallewex jintużaw fuq ġewwa u tħeġġeġ biex il-bejgħ tagħhom lit-tfal jieqaf immedjatament.
L-għaqda internazzjonali qalet li filwaqt li dawn is-sigaretti huma ferm inqas tossiċi minn dawk tradizzjonali, l-użu tagħhom fil-pubbliku jista’ jagħmel ħsara lit-tfal u nisa tqal.
Dawn l-appelli mill-WHO waslu wara rapport li ilu jitħejja għal ħafna żmien.