Il-WHO se tibda l-investigazzjoni tagħha fiċ-Ċina l-Ħamis

Coronavirus, COVID-19, Community response, Health workers, PPEs, medical supplies, Lebanon
WHO

It-tim tal-esperti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bien jinvestigaw l-oriġini tal-koronavirus mistenni jasal fil-belt ta’ Wuhan minn Singapore nhar il-Ħamis. Il-konferma tal-wasla kienet mħabbra minn uffiċċjal tas-saħħa Ċiniż.

Il-kap tad-WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li l-organizzazzjoni tiegħu qegħda tistenna bil-ħerqa li taħdem maċ-Ċina fuq il-missjoni li tidentifika s-sors tal-virus u kif daħal dan impatta l-bniedem.

Ġimgħa ilu, huwa esprima l-fatt li kien “diżappuntat ħafna” meta l-esperti ġew miċħuda d-dħul fil-pajjiż tant li żewġ membri tat-tim kellhom imorru lura.

Iċ-Ċina qalet li dan kien kawża ta sitwazzjoni burokratika li wasslet għal “nuqqas ta ‘ftehim”.

Sadanittant, numru ta’ bliet fiċ-Ċina, madwar Bejing bdew imorru f’lockdowns minħabba ż-żieda fin-numru ta’ każijiet ta’ Covid-19 li qed jirraportaw.