Il-WHO inkwetata dwar il-firxa tal-Ebola fil-Kongo

REUTERS

L-epidemija tal-marda tal-Ebola fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo mistennija tiggrava sakemm ma tittiħidx azzjoni immedjata. Dan ġie kkonfermat minn esperti tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Madanakollu jidher, li skont l-Għaqda għadha ma ggravatx biżżejjed biex tiġi ddikjarata emerġenza internazzjonali għas-saħħa pubblika (PHEIC). Insistiet li l-Gvern tal-pajjiż, l-Għaqda nnifisha u sieħba oħrajn iridu jaħdmu flimkien sabiex jiġi intensifikat il-mod kif tiġi mħarsa din il-marda. Ġie sostnut li jekk dan ma jsirx is-sitwazzjoni se tiggrava b’mod sinjifikanti.

Jidher li s’issa kien hemm 139 mewt u 215-il każ ta’ Ebola rrappurtati sal-1 ta’ Awwissu. Skont l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa hemm ċans li din tinfirex lejn l-Uganda u Rwanda. Għaldaqstant jidher li dawn iż-żewġ pajjiżi għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex jikkumbattuha.