Il-White House tibqa’ tiġi kkritikata dwar is-summit ta’ Trump u Putin

Il-White House mhux qed jirnexxielha twaqqaf il-kritika politika u l-konfużjoni li nħolqot mis-summit bejn il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump u dak Russu Vladimir Putin.

Il-White House qed tinsisti li Trump qatt ma ried ifisser li Moska mhux se tibqa’ b’miri strateġiċi kontra l-Istati Uniti.

Trump qed jaffaċċja kritika kbira għax ma kienx kapaċi jaffaċċja lil Putin dwar it-tbagħbis tar-Russja fl-elezzjonijiet Presidenzjali fl-istati Uniti tal-2016. Sostnew li Trump sfida lill-kritiċi u mar kontra pajjiżu stess.

Meta ġie mistoqsi minn ġurnalist dwar jekk ir-Russja hux se tibqa’ tattakka lill-Istati Uniti, Trump wieġeb “le”. Aktar tard, kelliema għall-White House qalet li meta qal hekk, it-tweġiba tal-President kienet immirata għal fatt li ma riedx iwieġeb il-mistoqsija u mhux li l-Istati Uniti mhux se tibqa’ fil-mira tar-Russja.

Aqra aktar dwar dan minn hawn.