Il-werriet ta’ Samsung jintbagħat il-ħabs minħabba korruzzjoni

Il-werriet tal-kumpanija Samsung, Lee Jae-Young intbagħat ħames snin ħabs wara li nstab ħati ta’ korruzzjoni.
Quddiem tliet Imħallfin, f’Seoul, huwa nstab ħati li xaħħam lill-eks President tal-Korea ta’ Isfel Park Geun-hye, li seraq u li ħeba l-assi tiegħu barra l-pajjiż. Huwa nstab ħati wkoll ta’ xhieda falza u li għamel u ħeba profitti minn atti kriminali.
Fil-Qorti nstema’ li l-pjan tal-akkużat kienli permezz tat-tixħim lill-eks President javavnża u jsaħħaħ il-kontroll tiegħu fuq il-kumpanija ġganteska Samsung.
L-eks President Park Geun-hye kien l-ewwel President li ġie elett b’mod demokratiku li tneħħa minħabba li nstab ħati ta’ korruzzjoni.