Il-wegħdi ta’ Abela ma jfissru xejn jekk tkompli tikber il-lukanda Panorama – FAA

Mellieha-Panorama-Hotel-View

Read in English.

L-għaqda Flimkien għal Ambjent aħjar qalet li l-wegħdi tal-PM Robert Abela ma jkunu jfissru xejn jekk tkompli tikber il-lukanda Panorama.

Fi stqarrija l-FAA qalet li l-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar mistenni li japprova l-permess biex tikber din il-lukanda għada. Dan minkejja li l-Case Officer qal li l-permess m’għandux jingħata.

L-FAA qalet li l-Panorama Hotel trid tibni sular ieħor meta diġà hija akbar milli suppost. L-għaqda kkwotat lil Robert Abela meta qal li l-iżvilupp f’Malta għandu jkun intelliġenti u li ma jirrovinax il-pajjiż. L-għaqda qalet li kliem bħal dan ma jfisser xejn jekk il-permessi bħal tal-Panorama jiġu approvati.

L-għaqda spjegat li s-sular il-ġdid tal-lukanda se jgħatti lill-knisja tal-Mellieħa.