Il-webinars tal-HSBC “Navigating the new Norm” disponibbli għan-negozji Maltin

L-HSBC Malta, permezz ta’ HSBC Europe, qed jipprovdi lill-klijenti kollha tiegħu mis-settur tan-negozju  pariri mingħand esperti dwar kif dawn il-klijenti jistgħu jirrispondu u jibnu mill-ġdid l-impriżi tagħhom wara l-impatt tal-COVID-19. Dan qed isir permezz ta’ serje ta’ webinars bl-isem ta’ “HSBC Europe: Navigating the new Norm”.

Din is-serje ta’ webinars, disponibbli mill-websajt tal-Bank teżamina l-implikazzjonijiet tal-COVID-19 fuq il-kumpaniji, mill-perspettiva ta’ esperti bankarji internazzjonali li jaqsmu l-esperjenzi u l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-fażijiet tal-pandemija u r-rwol tas-sostenibbiltà  biex it-tkabbir madwar ir-reġjun jerġa’ jadbad ir-ritmu ekonomiku li kellu qabel il-pandemija.

Joyce Grech, Kap tal-Commercial Banking tal-HSBC Malta, qalet: “Fid-dawl ta’ sitwazzjoni li qed tevolvi b’mod rapidu, aħna impenjati li nkomplu nipprovdu servizz bankarju tal-aqwa kwalità. Bħala parti mill-impenn kontinwu tagħna, permezz ta’ dawn il-webinars, qed naqsmu wkoll l-għarfien tal-esperti internazzjonali tal-HSBC mal-komunitajiet kummerċjali f’Malta u Għawdex. Qed nipprovdu għarfien dwar l-implikazzjonijiet attwali tal-COVID-19 u dak li  jista’ jseħħfil-futur. B’mod partikolari, dawn il-webinars qed jipprovdu thought leadership f’sitwazzjonijiet fejn hemm problemi  fil-katina tal-provvista u anki fil-ġestjoni tar-riskju.

Għal aktar tagħrif jew biex terġgħu ssegwu webinars li diġà saru (replays) mis-serje “HSBC Europe: Navigating the New Norm”, jekk jogħġobkom żuru s-sit permezz ta’ dan il-link.

Dam it-tagħrif twassal minn HSBC Malta plc.