Il-Wasteserv tiftaħ akkademja għat-taħriġ

Il-Ministru għall-Ambjent, Leo Brincat sejjaħ il-ftuħ ta’ akkademja għat-taħriġ tal-WasteServ bħala pass ieħor importanti fir-ristrutturar u t-tisħiħ tal-kumpanija.
Il-ħsieb tal-Akkademja huwa li tikkollabora ma’ istituzzjonijiet lokali u barranin, fosthom l-ETC u ċ-Chartered Institution of Waste Management.
Il-Ministru Brincat ħabbar li fil-bidu tax-xahar id-dieħel se ssir sejħa għal dawk il-ħaddiema li jistgħu jkunu interessati li jintgħażlu fost ir-rappreżentanti tal-kumpanija fejn għandu x’jaqsam il-Health & Safety. Min jintgħażel ser jingħata t-taħriġ speċifiku meħtieġ.
Leo Brincat qal li l-istess kif il-ħaddiema tal-WasteServ ġewwa Malta ħadu l-vaċċinazzjoni meħtieġa minħabba l-perikli tal-impjieg tagħhom, l-istess ser isir mal-ħaddiema li jaħdmu fl-impjanti tal-kumpanija ġewwa Għawdex ix-xahar id-dieħel.