Il-wasla ta’ Trump fir-Renju Unit tqanqal protesti dwar Brexit u Huawei

People protest outside Buckingham Palace during the state visit of U.S. President Donald Trump and First Lady Melania Trump to Britain, in London, Britain, June 3, 2019. REUTERS/Toby Melville

Read in English.

Il-wasla tal-President tal-Istati Uniti Donlad Trump fir-Renju Unit qed tqanqal protesti dwar Brexit u Huawei hekk kif hu mistenni jiddiskuti din il-kriżi fil-pajjiż illum, filwaqt li mistenni jitlob lis-suċċessur tal-Prim Ministru Theresa May sabiex jipprojbixxi lil Huawei min-networks kollha 5G.

Fl-ewwel jum tiegħu hu ġie milqugħ mir-Reġina Eliżabetta u l-Prinċep Charles, filwaqt li fit-tieni jum tiegħu mistenni jdur għal diskussjoni politika f’Downing Street, b’konferenza tal-aħbarijiet skedata għal waranofsinhar u ikla ta’ filgħaxija mal-mexxejja ta’ Brexit, inkluż Boris Johnson, li jidher huwa fost il-favoriti li jieħu post May.

Trump qed iżur ir-Renju Unit b’numru ta’ ordnijiet hekk kif dan huwa l-aqwa konnessjoni għall-Istati Uniti fl-Ewropa.

Waqt ikla ġewwa l-Palazz ta’ Buckingham, Trump faħħar lir-Reġina u tkellem dwar il-ħbiberija bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit.