​Il-waiting list għall-angiogram hi xejn – Chris Fearne

Il-lista ta’ stennija biex issir angiogram hi xejn, hekk kif issa min irid jagħmel dan it-test qed isirlu dik il-ġimgħa stess.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Fearne spjega dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Supplimentari tad-deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Fearne rringrazzja lill-ħaddiema kollha fl-isptar li minħabba fihom dawn il-proċeduri bdew jingħataw b’mod daqshekk malajr.
Fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech, Fearne qal li bejn l-2012 u l-2014 ġew ikkanċellati 505 angiogram.