‘Il-vuċi tal-industrija’ diskussa f’summit marittimu “importanti”

Is-Summit Marittimu f’Malta se jittella’ bejn l-1 u l-5 t’Ottubru bit-tema  The Voice of the Industry. Waqt is-summit se jiġu indirizzati temi bħal- loġistika, is-sigurtà, il-finanzi, id-diġitalizzazzjoni, is-sostenibbilità u l-Brexit.
Waqt is-summit se jkun hemm ġurnata ddedikata għal-yatching u għat-turiżmu marrittimu.
Il-konferenza tal-aħbarijiet li tat il-bidu uffiċjali għat-tieni edizzjoni ta’ dan is-summit kienet ospitata fil-Ministeru għat-Trasport.
Il-Ministru Ian Borg tkellem dwar is-saħħa tas-settur marittimu. Huwa ddeskriva s-summit bħala avveniment importanti.
Semma wkoll kif l-iskema tat-tunnellaġġ li ġiet approvata lejn l-aħħar tas-sena l-oħra tat vantaġġi fiskali u mistennija tiġbed iktar investituri lejn Malta.
Ritratt: DOI-Pierre Sammut