Il-vot tal-bieraħ iddikjarat “telfa għall-Ispanjoli”

Il-Mexxej Katalan, Carles Puidgemont, iddikjara l-vot reġjonali li ttieħed ilbieraħ fil-Katalunja bħala “telfa għal Spanja”.
Il-vot reġjonali kien issejjaħ mill-Gvern Spanjol stess, meta l-Prim Ministru Spanjol, Antonio Rajoh, kien xolja l-parlament Katalan, attwa Artiklu 155 li kien ifisser li Spanja timponi direttament fuq il-Katalunja, u sejjaħ għal elezzjonijiet bikrija f’Diċembru.
Puidgemont kien qed jitkellem minn Brussell, fejn ilu minn Ottubru meta telaq minn pajjiżu, f’dik li ħafna ddeskrivew bħala eżilju politiku impost minnu fuqu stess.
Il-partiti tal-Katalunja favur l-indipendenza minn Spanja rebħu madwar 70 siġġu fil-Parlament Reġjonali, u dan ifisser li għandhom maġġoranza flimkien.
Madankollu l-affarijiet jikkumplikaw ftit ruħhom, hekk kif il-partit bl-isem ta’ Ċittadini¸fil-Parlament Reġjunali huwa l-akbar partit fil-parlament wara li kiseb 37 siġġu.
Dal-partit irid li l-Katalunja tibqa' partit minn Spanja, iżda huwa tal-fehma li r-reġjun ikollu wkoll grad ta' indipendenza, iżda mhux totali.
Il-mexxejja tiegħu, Inés Arrimadas, qalet lill-midja internazzjonali li se tipprova tifforma koalizzjoni mal-partiti l-oħra li jridu l-indipendenza sħiħa, iżda mhix se tkun ħaġa faċli.
Sadanittant, il-Partit Popolari fil-Parlament Reġjunali, li hu l-partit tal-Prim Ministru Spanjol, ġab l-anqas voti fl-istorja tiegħu, u rebaħ biss 3 siġġijiet.
B’kollox ivvutaw madwar 80% tal-persuni eliġibbli, rekord għall-Katalani.