​“Il-vot ta’ Delia mhux se jintnesa” – Nisa PL

In-Nisa Laburisti qalu li għalkemm għaddiet ġimgħa minn meta Adrian Delia u xi deputati vvotaw kontra l-liġi tal-vjolenza domestika, xejn mhu se jnessi dan il-vot tal-PN li ddeskrivew bħala “skandaluż”. 
Il-President tan-Nisa Laburisti Claudette Abela Baldacchino sostniet li Adrian Delia ma jistax jibqa’ juża l-iskuża tal-abort biex jiġġustifika l-vot tiegħu. 
Qalet li anke deputati tiegħu stess qalu li din hija biss skuża fjakka għax din hi liġi li m’għandha x’taqsam xejn ml-abort. 
Kompliet tgħid li dan il-vot ifisser fost l-oħrajn vot kontra id-dritt ta’ protezzjoni temporanja għall-vittmi f’każijiet urġenti.