Il-vot dwar in-nomina ta’ George Vella se jittieħed f’April

Il-Parlament se jkun qed jivvota dwar in-nomina ta’ George Vella bħala l-President il-ġdid tar-Repubblika fit-2 ta’ April. Din id-deċiżjoni tieħdet ilbieraħ waqt laqgħa tal-kumitat.

Il-vot se jittieħed waqt seduta Parlamentari speċjali. Jekk il-vot jgħaddi, Vella mbagħad jitlaħħaq Kap tal-Istat il-Ħamis, 4 ta’ April.

Skont il-Prim Ministru Joseph Muscat Vella kien wieħed minn dawk il-politiċi li qatt ma ġera wara l-poter, u saħansitra spjega li kien wieħed minn dawk li meta ġiet offerta lilu t-tmexxija tal-Partit Laburista, irrifjuta milli jagħmel dan. Spjega kif minkejja li l-oppożizzjoni qajmet numru ta’ punti ta’ kritika, xorta se tkun qed tivvota favur li t-tabib Vella jieħu din il-kariga.