“Il-vjolenza tkisser id-dinjità tal-bniedem” – Il-President

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-vjolenza, speċjalment dik abbażi tal-ġeneru tkisser id-dinjità tal-bniedem u tneħħilu kull forma ta’ rispett.
Il-President qalet dan waqt it-tnedija ta’ kampanja kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, kampanja organizzata mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti (MFA).
Il-President qalet li “din il-kollaborazzjoni hija importanti ħafna, u qed tagħmel dikjarazzjoni qawwija”. Hija qalet dan fid-dawl tal-fatt li l-aħħar statistika dwar il-kriminalità f’Malta maħruġa minn Crime Malta għall-2016 tgħid li 7% tar-reati f’pajjiżna huma relatati ma’ vjolenza abbażi tal-ġeneru.
Il-President irringrazzjat lill-MFA u lill-plejers għall-impenn tagħhom biex ikunu minn ta’ quddiem f’din il-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.
Ritratti: DOI – Anthony Sultana