Il-vjolenza fuq il-mara waħda mit-temi għall-Presidenza Maltija tal-UE

Fil-Presidenza Maltija tal-UE, fl-2017, il-vjolenza kontra n-nisa se tkun waħda minn żewġ temi ta’ ugwaljanza li se titressaq ’il quddiem.
Il-Ministru tal-Libertajiet Ċivili, Helena Dalli, qalet dan f’konferenza dwar il-vjolenza fuq in-nisa.
Helena Dalli ħeġġet lill-bqija tal-pajjiżi Ewropej li għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni ta’ Istanbul bħal Malta u 10 pajjiżi oħra.
Sostniet li mod kif il-vjolenza kontra n-nisa tista’ tiddgħajjef hu b’indipendenza ekonomika tal-mara li tkun tista’ tgħix ħajja iktar stabbli. 
Dwar il-liġi tal-ġeneru li Malta għaddiet din is-sena, il-Ministru qalet li l-kultura ta’ żewġ sessi “tikkastiga lil dawk li mhumiex konformi u li aktarx jisfaw vittmi ta’ vjolenza istituzzjonalizzata”. 
Ritratt: MSDC