Filmat: “Il-vjaġġ tiegħi ma jieqafx” – Kurt

The moment I listened to this song I was struck by its depth. Music is all about pure emotions and this song is prove. It's been an honor for me to work with the unique Raquela Dalli Gonzi once again, a woman of big talents.

Posted by Kurt Cassar on Thursday, February 20, 2020

Ħadd minnhom m’għandu bżonn ta’ introduzzjoni. Lil Raquela rajniha fil-Malta Eurovision kemm-il darba. Rajnieha tkanta ma’ artisti internazzjonali kbar fosthom Riccardo Cocciante u t-tenur Malti Joseph Calleja. 

Lil Kurt Anthony mdorrijin narawh f’diversi kompetizzjonijiet lokali fosthom X Factor  u anke internazzjonali bl-iktar ricenti Amici di Maria de Filippi. Kurt kien miexi tajjeb immens tul il-fażi preliminari tal-programm. Kellu jagħmel sfida kontra wieħed mit-titolari tal-bank tal-iskola popolari,  iżda għal raġunijiet personali Kurt kellu jirrifjuta din l-opportunità.  

Iżda issa Kurt u Raquela qed jagħtuna ħafna maġija. Rajna l-ewwel suċċess tagħhom flimkien meta interpretaw il-kanzunetta You Are The Reason, proprju sentejn ilu u fl-aħħar ġranet nedhew il-verzjoni tagħhom ta’ All I Want li qed tiġbed ħafna attenzjoni f’qasir żmien. 

Kurt Anthony qalilna li ”Il-vjaġġ tiegħi ma jieqafx u ħadd mhu ser iwaqqfu. Jien naf x’irrid u naf ukoll ma’ liema artisti jixraqli naħdem. Raquela hija djamant prezzjuż ħafna. Vuċi kbira. Onorat li qsamt esperjenza oħra magħha.”

Raquela kitbet fuq il-pagna tagħha. ”Ma stajtx nirrifjuta opportunità bħal din. Kurt Aatist kuraġġuż li ma jieqafx jaħdem, bravissimu u jagħmel li jagħmel b’ħafna imħabba, minkejja li mimli enerġija pożittiva.”