“Il-vjaġġ se jkun aktar ta’ suċċess”

L-isbaħ xewqat lill-kantant żagħżugħ Sebastian Calleja li llum qed jiċċelebra għeluq it-22 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum, it-3 ta’ Lulju tal-1998.

Imwieled f’Ħal Qormi Sebastian Calleja beda l-karriera meta kellu 11-il sena u kien ġie l-ewwel fl-eżami tat-Trinity College ta’ Londra. Il-vocal coach tiegħu huwa l-kantant Glen Vella.

Lil Sebastian rajnieh b’mod regolari fuq diversi programmi tat-televiżjoni, fosthom Ħadd Għalik u The Entertainers kif ukoll f’numru ta’ festivals lokali bħal Konkors Kanzunetta Indipedenza u L-Għanja tal-Poplu.

Sebastian ukoll ħa sehem f’festivals barra minn Malta fosthom Microfono D’Oro u Sanremo Junior. Dan apparti li ħa sehem f’avveniment organizzati mill-klabbs tal-Eurovision f’pajjiżi bħal Berlini u Ħelsinki.

Sebastian ħareġ ukoll numru ta’ vidjows mużikali. Dawn jinkludu Fjur fit-Tarmak, Touch, Qalu li Raw (flimkien ma’ Renato), Triq Waħda, Escape u L-Għadu Tiegħu.

Il-messaġġi ta’ awgurju għal Sebastian bdew mill-bieraħ filgħaxija.

Ritratt: Facebook/SebastianCalleja

Awguri Sebastian!