“Il-vjaġġ ikompli” – Josette lil Norman

Kien bħal-lum, fis-6 tal-Lulju tal 1986 li Norman Hamilton u Josette Grech wegħdu mħabbithom lil xulxin. Illum qed jiċċelebraw għeluq l-34 sena anniversarju tagħhom u fil-messaġġ tagħha Josette kitbet li l-vjaġġ ikompli hekk kif iddikjarat ukoll mħabbitha lil Norman.

Il-koppja għandhom żewġt ulied, Davinia u Yasmin.

Josette, Davinia, Norman u Yasmin Hamilton

Norman, li sa ftit ta’ żmien ilu kellu l-kariga ta’ Kummissarju Għoli għal Malta fl-Ingilterra, illum għandu l-kariga ta’ Chairman ta’ Festivals Malta. Ilu ftit nieqes mix-xena televiżiva. L-aħħar programm li kien jippreżenta kien Aġenda. Fis-snin ta’ qabel kien jippreżenta wkoll Bla Aġenda u Sibtijiet Flimkien, dan tal-aħħar flimkien ma’ Josette.

Apparti li għamel isem bħala wieħed mill-operaturi ewlenin fl-ivjaġġar ta’ pajjiżna, Norman jibqa’ assoċjat max-xena tal-festivals u l-Eurovision u għal xi snin kien ukoll jokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap tad-Delegazzjoni Maltija.

Awguri lil Norman u lil Josette f’dan il-vjaġġ tagħhom.