“Il-viżjoni tal-Gvern hi li Malta ssir hub tal-enerġija” – il-Ministru Konrad Mizzi

Il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi sostna li l-viżjoni tal-Gvern hi li Malta ssir hub tal-enerġija li twassal biex l-enerġija tgħaddi mill-Afrika ta’ Fuq lejn l-Ewropa.

Meta kien qed jipparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri tal-Enerġija fil-Litwanja, Mizzi saħaq li dan hu ta’ benefiċċju kemm għall-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-industrija Maltija.

Il-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi żied jgħid li hu ferm importanti li tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi fil-Mediterran u din billi jkun hemm konnessjonijiet strateġiċi fl-Ewropa li jwasslu biex l-enerġija tiċċirkola.

Hu mifhum li l-Kummissjoni Ewropea mistenni torganizza djalogu strutturat dwar dan.